Din Mhix Il-Poeżija Tiegħi.
Din mhix il-poeżija tiegħi.
Din mhix il-ħmara li titla’
t-telgħa
tal-kalvarju bit-tagħbija
biex aħna nimbuttaw minn
wara
trazzjoni fuq quddiem.
Dan mhux tinwieħ ir-riħ
ta’lejla settembrina
ma tafx hux tiela’ l-ajru
inkella’ qiegħed thewden.
Din mhijiex tmellisa
ta’ qattusa titgeddes
u titlob ftit tal fsied
jew tfajla ċkejkna liebsa
żoff
fuq xagharha
titlob l-attenzjoni.
Din l-għanja sielma li trid
toħroġ
u ma tafx issib it-triq minn
ġol-fessuri
minn fejn titlaq u tiskappa
u toħroġ għad-dawl tax-xemx.
Alfred Grech
25/09/2019.
No comments:
Post a Comment