Ridna Naraw.
Ridna naraw x’jagħmilhom superjuri,
Ridna naraw x’jagħmilhom hekk kburin
Li jafu sew minn qabel x’għandhom jagħmlu,
Biex aħna ma nibqgħux il-barranin.
Ridna nidħlu wkoll fil-misteri tagħhom
Fis-swali awsteru, fis-swar għoljin;
Nitilgħu ridna t-telgħa tal-kalvarju,
Naqdfu fl-ilma tagħħom mis-snin sittin.
Ridna nibdew nitkellmu bl-ilsien tagħħom
Il-mod kif jaħsbu, sirna għajjurin
Għax mingħalina naslu nsiru bħalhom
U ma ntbaħniex li sirna giddibin.
U ma ntbaħniex li dħana lkoll fin-nassa,
Fil-logħob selvaġġ, il-logħob tat-tellifin,
Tlajnieħ it-taraġ, tarġa wara l-oħra:
Nilħlqu s-sema u nsiru lkoll kburin.
U ma ntbaħniex li dan kien biss il-bidu
Ta’ din
id-distrazzjoni maqbudin,
U xħin intbaħna, tard kien għax issa
Iż-żmien kien għadda u jiemna magħdudin.
Alfred Grech
17/09/2019.
No comments:
Post a Comment