Fittixna
Żelu Ġdid.
Fittixna żelu ġdid ma sbieħ il-jum
Bit-tama li din ma tkunx xi ġrajja oħra
U tlajna fuq is-siġar mal-għasafar
U hemm ħallejna bejta ta’ frieħ iltiema.
Ma ħsibniex f’dawk il-logħobiet
Li konna lagħbna,
U lanqas x’kien hemm f’tarf ix-xeneġġjat
Fittixna jum ġdid biex f’ħoġru nqiegħdu
Xtur il-ġejjieni.
Il-bogħod minn kullimkien
Il-bogħod min fejn kien jgħix ħaddieħor
U xħin iċ-ċikli saru wkoll staġuni
Intbaħna li kien kollox attaparsi.
U f’daqqa waqgħet dalma tal-abbissi
U f’daqqa sibna ruħna ġo kannestru
Bla kwistjoni,
U f’daqqa sibna ruħna li qiegħdin ngħixu
F’kontradizzjoni.
Alfred Grech
20/09/2019.
No comments:
Post a Comment