Hemm Drabti Jixorbulek Saħħtek
Hemm drabi jixorbulek
saħħtek
u jħalluk stordut.
Meta ġejt ħdejk kont
mgħarraq fid-dwejjaq
u mxabba’ minni nnifsi
Ħsibt li kelli namgħel bħal
ħaddieħor
u nderri biex ninsa’ fil-mogħdija
taż-żmien
fil-benniena tat-tnissija
biex nerġa’ nistenbaħ
mill-ġdid
bit-tingiż tal-kuxxjenza
u l-baħħ fl-istonku.
Meta nżilt mill-muntanja
wiċċi kien maħruq
bħalkieku rħewli fuq
spallejja
it-toqod li mmexxi nazzjon
imbagħad intbaħt mill-ġdid
li l-allat kien ghadhom
bil-merfugħ.
Qed naħseb li l-lejl l-ieħor
kien tas-seħer:
Int tagħmel is-seħer.
Alfred Grech
08/09/2019/
No comments:
Post a Comment