Partiti.
Seħtu lil xulxin min fuq
il-mambar
għax dinbu u qalu l-ereżiji
u daru dawra mejt
mal-ewwel kantuniera
u qam irvell bejniethom
għax ma setgħux jiftiehmu.
Imbagħad intebħu
li biex tiskonġra trid tkun
pur
u m’hawn ħadd pur fid-dinja
u tilfu s-sens u l-mira.
M’għamlux bħall-oħrajn
tax-xaqliba l-oħra li għamlu
mid-dnubiet teżor il-maħfra
mit-trasgressjoni u
d-devjazzjoni
kult ġdid għal din l-art
ħelwa
għal din is-soċjeta
bla ruħ u ta’ bla kedda.
Alfred Grech
01.09.2019.
No comments:
Post a Comment