Monday, 2 September 2019




Image result for labyrinth in greek mythology

Hemm.

Qed timraħ fl-isqaqien ta’ moħħi
hemm fejn is-sirda ta’ lejla xitwija
titħallat mar-rieda li noħroġ minn qoxorti
bla ma tintebaħ li qiegħda titmattar sabiex issib l-ispazju
fejn tista’ tfewweġ bħal kewkba li tagħmel ftit dija.
Aħna għaddejna mill-isqaqien tal-ħajja
sabiex ninsġu it-tapezzerija olografika
mingħajr ma biss stajna naraw
id-dehera iktar wiesa’
il-kwadru sħiħ
u bla ma stajna naħfnu l-għanqbut
li kienu webbluna bih
u għalhekk issa jkollna ngħaddu mill-labirint
mingħajr ma nsibu l-minotawr.
Hemm fejn għad titbexxaq il-persjana
fejn għad tisma’ d-diwi ta’ leħnek jirtogħod
sibilla tal-iljieli minsija
fi ġrajja ta’ żmien li jitbiegħed,

Alfred Grech
02.09.2019.

No comments:

Post a Comment