Wednesday, 18 September 2019


Image result for urban jungle building

X’Jiġri?

U x’jiġri xħin tkunu bnejtu kullimkien
Xħin ma tħallux roqgħa art fejn tikber warda,
Xħin tkunu għattejtu  dawl ix-xemx
U ddellultu l-imħuħ ta’ din il-ġemgħa;
Xħin tkunu mlejtu kullimkien bl-iskart
Bin-numru diġitali
Li jfissru flus li jfisser ġid
Ma jfisser xejn u jfisser ħafna
Għax ħin bla waqt mar-riħ itir?
Xħin kollox isir sħaba elettronika
U jiena u int ma jkollna xejn
Ma xhiex nixxabtu
Għax ġabuna għarwenin mhux mill-ilbies
Iżda min dinjietna.

U x’jiġri xħin tkunu mlejtu s-sema
Bid-duħħan tal-kokrit u kull inkwinament
Dardartu l-ilma kollu,
Xħin tkunu mmlejtu t-toqob kollha tal-barumbari
U l-mini li l-grieden qed iħaffru
Sakemm ma jibqa’ mkien fejn toqgħod jew titmattar?

U x’jiġri xħin tistenbħu
li issa hu tard wisq
Għax ma tistax tmur lura?

Alfred Grech
18/09/2019


No comments:

Post a Comment