Tal-Biża Dal-Pajjiż.
Tal-biża
dal-pajjiż
Tal-biża
kif it-titani li orjentaw id-dinja
Tilfu l-ħatfa
tagħħom fuq din l-art imwiegħra
U nħakmu
mill-allat il-ġodda
Tal-għolja
ta’ olimpu
Fejn hemm
ma jersaq ħadd
Għajr dawk
il-ftit magħżula.
Tal-biża’
kif l-allat ma jista’ għalihom ħadd
Spiċċaw
ilsira tal-flus
U tal-indifferenza.
Tal-biża
il-qilla ta’ bixriehom
U kif
l-ilpup għatxana dejjem biex jaħtfu
Dlam il-lejl
ma jasal qatt
Ma jasal
qatt ħin il-mistrieħ
Imbagħad jixxalaw
l-avultuni
Fuq il-karnaġġ
u l-ħerba li jħallu warajhom.
Tal-biża
dal-pajjiż
Tal-kotra
li tagħllmet il-mantra
Ta’ kredu
ġdid
Fil-benniena
ta’ mewġ il-baħar imdardar
Titbandal fil-letarġija.
Alfred
Grech
06/09/2019
No comments:
Post a Comment