Min Jaf.
Min jaf għalxiex ġejt hawn
illum
Nistenna li x-xemx tikfes
Biex naħrab il-ħars fiss
Ta’ min hu għami
U l-għadab kbir ta’ min
jistenna.
Min jaf għalxiex ġejt hawn
illum
Stajt ħadt il-parir tiegħek
Ġejt hawn għax għamilt wegħeda
Ta’ min irid nithenna.
Min jaf għalxiex qed ngħanni
Aktarx għax f’daqqa waħda
Hawn int ma tgħidli xejn
Nikkuntemplaw il-ġenna.
Alfred Grech
06/09/2019
No comments:
Post a Comment