L-Illuminat.
Għax ħadd ma jrid jindaħal
ir-romblu jkompli jrambal
u jien mintedd quddiemu.
Ir-riħ qed jinfoħ
mill-punent
u l-friefet tgerrxu.
Ma niftaarx jien ġenn bħal
dan
kemm ilni ħaj.
Trid tmidd rasel fuq
il-loppju tal massa
modqija b’dil-orġja
tal-banalita’
tal-maltin li jafu x’qiegħdin
jagħmlu.
Imbagħad filgħodu nistenbaħ
taħt sema’ li sar iswed
u xemx tinħeba wara ċpar
xħin tara lili.
Xejn ma jkun ġara.
Hemm il-lejl li jixgħel xema
biex iwassal fil-wesa’
tal-ispazju
bla konfini l-aħbar ta’ din
ir-ruħ
li telgħet fuq il mambar.
Drabi oħra jaqbadni ħmar
il-lejl
u filwaqt li nimxi bla ma
nara
inħossni l-illuminat.
Alfred Grech
17/09/2019
No comments:
Post a Comment