Lil Ommi.
Imqar jekk idum seklu
Daż-żmien li nqatta’ ħdejk
Nixtarr is-skiet li jfisser
ħafna.
Ma titkellimx u tgħidli
Dak li ħaddieħor qatt ma
jifhem.
Nixtieq naf x’ikun għaddej
minn moħħok
La dak li tid tgħid ma
tgħidulix
Fejn tmur tittajjar
il-ħamiema li ħarrbet mill-arka ta noe
F’mergħat u wesgħat ta’
wileġ mingħajr xefaq
Li ma jħaddarx u ma jrawwamx
Biex terġa’ tiġi lura
bil-werqa’ taż-żebbuġa fil-munqar.
U jien nerġa’ nerġa’ ntenni
l-għanja li għannejt
u naħseb ħsiebijiet li kont
naħseb
fi Ġnien il-Għeden
meta jiena u inti ma konniex
nafu
x’inhu ħażen.
Imqar jekk iddum eternita’
dal-waqt tas-skiet
Jien naf x’għandek f’moħħok
U terġa mil-ġdid twellidni
Moħħi mimli bi dħaħen
diġitali
Fil-kalzri taż-żmien
tal-lum,
Biex nibda’ ngħid li qiegħed
ngħix.
Alfred Grech
19/09/2019
No comments:
Post a Comment