Monday, 23 September 2019



Image result for lightness of living
Kif Nista’ Ninħall.

Kif nista’ ninħall jien fil-meraq
Jekk il-ħin sar?
Għaliex jiena f’sikkti u wieqaf statwa
U għalhekk niġri ma nistghax.
Il-pendlu jixxengel
Iżda qatt lejn din in-naħħa
Hu xhieda biss li qed jitħarrek iżda mhux tal-ħin.
Għalhekk tista’ ssejjaħli
Xhieda ċirkustanzjali
Bħal meta r-riħ jonfoħ.

Jien qatt  ma tambart l-istess tambur
Li jħabbat ġewwa moħħi
Għaliex ir-ritmu hu divers
Bħas-sħab li jgħaddi jiġri.
Fir-rima li fiha sibna rwieħna
Hemm mewġa li trid twassalna fejn nintesew.

Naraw il-glaċieri jinħallu
U l-baħar jibla’ l-art
Iżda ma nkunu qatt
ix-xhieda  tal-għejbien tagħna.

Kull meta nħossni ngħum fil-wiċċ
Misjuq mill-friefet
Nnibda nifhem
Kemm hu ħafif li ma tkun xejn.

U f’dawk il-waqtiet nibda nikteb fuqi nnifsi
Il-memorji tiegħi, il-pooeżija,
Biex ma nintesiex.

Alfred Grech.
23/09/2019

No comments:

Post a Comment