Iżda S-Seħer Kollu Tiegħek.
U issa int
ukoll ħallejtni
M’għadekx
tiġi għall-għarrieda kif kont tagħmel
Liebsa
lbies ferrieħi
Biex taħsadni
Jew jekk
tiġi, tiġi liebsa libsa griża
Jew sewda
donnok sejjra funeral.
Ma nafx
huwiex għaliex umbrajtni
Jew għax
jien ittaraxt
U m’għadnix
nobdik malajr bħal qabel.
U jista’
jkun ukoll telqitni l-ħila
U s-seħer
li nwettaq dak li tgħidli
Biex nagħtli
l-ħajja ġdida lill-iħirsa.
Iżda
s-seħer kollu tiegħek
U għalkemm
qasira tkun iż=żjara tiegħek
Għanda mill-eternita’
Alfrred
Grech
16/09/2019.
No comments:
Post a Comment