Wednesday, 13 May 2020


Fear in rural France erodes fraternity with migrants - The Local

Ħadulna t-Toroq Tagħna.

Ħadulna t-toroq tagħna
Ħadulna l-istendard
Ħallewna nħarsu ċassi
Hemm barra għar-riħ u l-bard.

Ħadulna t-toroq tagħna
Telgħulna fuq il-bjut,
U niżlu fuq ir-ramel
U ħadu wkoll ix-xtut.

Ħadulna t-toroq tagħna
Rabbew kuraġġ ta’ sur
U b’hekk serrħulna rasna
l-ekonomija ddur.

Ħadulna l-pjazez tagħna
Daħlulna wkoll fid-djar
Dan kollu taf x’ifisser
Imqar jekk ma kontx ħmar.

Iħarsu lejn in-numri
U dak li jġib is-suq
l-ekonomija tikber
imqar bil-ftit li dduq.

U ħadd mhu qed jistaqsi
Jekk din ir-roqgħa t’art
Tiflaħx tkun hekk imkasbra
Mimlija kollha skart.

Serqulna l-monumenti
U saħansitra d-din
U dak li lili u lilek
Jagħmilna lkoll Maltin.

Alfred Grech
13/05/2020.

No comments:

Post a Comment