Wednesday, 27 May 2020


Colossus of Rhodes - Ancient History Encyclopedia

Konna Nistennew.

Aħna li nistaħbew wara l-purtieri trasluċenti
Konna nistennew il-ġiganti jikkrollaw
Bħalma jaqa’ l-bini xħin tagħwwar madwar il-pedamneti
Il-kollossi fetħu wisq riġlejhom
U ma jilfiħux għat-terrimot
Jew għat-toqol li bih tagħbbew.

Konna nistennew li xħin
Jgħannu s-sireni tinkixef ta’ malajr
Id-djufija tagħna
U l-imperaturi ma jibqgħax isibu
Ilbies li jgħatti d-dnub oriġinali.

Konna nistennew il-miġja tal-messija
Li joħloq algoritmi u parabboli ġodda
Biex jonfoħ f’wiċċ il-mewt
U jibqa’ jingħaraf.

Konna nistennew. Iżda hawnhekk
Qiegħdin ġo Lilliput nammiraw
Il-ġiganti u l-allat tat-tafal.

Alfred Grech
27/05/2020.

No comments:

Post a Comment