Assurd.
Mhux hekk inħossni jiena ta’
kull darba
li jisbaħ jum bla xemx u
nkun bla sabar?
Għalhekk din il-pjaneta li
ġejt fiha
issenslet bit-tifrik tal-pandemija,
għalhekk il vaganond ta’
mingħajr saqaf
bebbuxu li fuq dahru jġorr destinhu
isir ma jafda ‘l-ħadd:
kulħadd ġo darhu
magħluq fit-tul minn wara
t-tieqa jnemmes.
Minkejja l-ħabs
tad-disorjentazzjoni
irridu xorta waħda fejn
nitmattru
saqajna fl-art u barra
l-friex noħorġu.
Is-sema mimli sħab u telqu
l-kwiekeb
kull waħda minnhom saret
kewkba feġġa.
Int tista’ tiġi ħdejja u
nibnu tinda
u nistgħu aħna t-tnejn
inkunu xhieda
ta’ dat-tiġdid,
tat-trasfigurazzjoni.
Imqar jekk tħosspk ma tistax
tiċaqlaq
ma tafx xi trid, jew lanqas
taf fejn sejjra.
Kun af li ma kienx hemm ebda
tifsila;
għad-diwi tiegħek l-univers
iwieġeb
u bħali tista’ tħossok l’int
falluta
u xorta trid li tibqa’
tagħti sehemek.
Alfred Grech
03/05/2020
No comments:
Post a Comment