Tbatija.
Meta l-piż jitqal iżżejjed
U ma tafx għa xhiex qed
tgħix,
Meta r-ruħ tmil u titmattar
Tibda ttir mar-riħ bħar rix;
Meta titlob u tintebaħ
Illi Alla m’għadux hemm
Kull qaddis bid-diadema
Tistaqsiħ jismax bil-kemm,
Lill-uħux u l-baħħ jirbombja
Fil-wesgħat tal-univers,
Tibda’ ssejjaħ u tistenna
Xi tweġiba b’mod invers.
Iżda nafu li dan kollu
Huma qlajja u ħmerijiet
Għax is-sewwa u dak li nafu
Huma ġrajja li għaddiet.
Mhemm xejn għajr dak li
fil-qratas
Moħħna f’għamla ta’ skultur
Jew fin-naġra li naġruna
U iss sirna bħal mutur.
Alfred Grech
18/05/2020.
No comments:
Post a Comment