Tifkiriet.
Imqar jekk nitlef is-seħer
taż-żmien
Id-dehera bikrija tibqa’
mċappsa żlieġa mal-ħġieġ
Opak tat-tifkira daħna
titlajja
Jew tisseqqer fuq l-irmied u
l-ġamar
Tal-imgħoddi bħal feniċju.
Il-biża’ tal-iskanatament
jisserpeġġja
Fuq il-blugħa tas-sorpriża
Għaliex jekk ma tgħaddix
minnu
Lanqas taf xi jfisser
il-wied tad-dmugħ.
Kwadri ta’ waqtiet mgħoddija
Imdendla mal-ħitan
evanexxenti.
Bħal bżieżaq tal-arja li
jitilgħu
Mid-dlamijiet ta’ qieġħ il-baħar
Vulkani fl-oċean biex jinfaqgħu
f’wiċċ l-ilma.
Ħallihom hemmm bħall- kwadri
mal-ħitan
Fis-sensazzjoni ta’ waqtiet
Li jgħaddu.
Alfred Grech
14/05/2020
No comments:
Post a Comment