Seħer.
Inti li taħseb li ridt
inkellmek
Xħin tiġi kull filgħodu
tħabbat
Il-bibien tas-sabar tiegħi
U tiftaħ bil-muftieħ
tal-illużżjoni
Il-maqdes ta’ tqanqil
il-qalb
Bla biss tistaqsi għal ġieħ
wiċċek
Fejn hu tassew it-taraġ
Li jwasslek ’l-fuq mis-sħab;
Inti taħseb li fix-xejn ta’ dal-waqtiet
Xħin tiġi ħdejja hemm
is-sagrifiċċju ġdid
Ta’ min inxtewa’ fuq
gradilja
Sabiex inkunu nistgħu
nagħllmu lill-ħaddieħor
Frott it-tbatija?
Jekk le, ħares ftit fil-mera
U ara jekk hux qiegħda tara
sewwa
Dak li nara qiegħed jiena
Ir-rifless tad-dwejjaq
primordjali
Inkella ċpar li jdub ma
tlugħ ix-xemx.
Alfred Grech
23/05/2020.
No comments:
Post a Comment