Monday, 11 May 2020


Between the Devil and the Deep Blue Sea: The Consequences of Small ...




Baħar.

Il-baħar bir-rawgħa f’ħalqu
Daqqa għax irrabjat u daqqa għax xeba’
Jħabbat il-bibien li ma jinfetħu qatt.
Iżda kull mewġa li tiġi biex tgħannaq ix-xtajta
Tifrex is-swied il-qalb  tal-ħafna wegħdiet sajfija
U ljieli battala.
Bħalek il-mewġ li jiżfen
Iż-żifna tal-minuti u bħal tal-ġawwi
t-tnehid tiegħi li jġibni f’sikkti.
Jien sirt bħal ġebla ntruljata ċagħaqa
Biex tista’ twaddabni ħobża u sardina.
Hekk ninbidlu int u jiena
Mil-lum għal għada u ma nibqgħu qatt
Dak li konna ’l-bieraħ.
U jista’ jkun ukoll li llum mhux biss inbdilna
Iżda ġġeddidna nkella sirna
Fossili u ħadd ma jrid jaf bina.

Alfred Grech
11/05/2020.


No comments:

Post a Comment