Jien Noqgħod Hawn Infaħħrek.
Nistaqsi meta jkun hemm dak
in-nar
Dik it-taħrika li ma
tħallinix noqgħod b’sabri
Biex il-ġiri ma jkunx tqil
Wara d-dellijiet oskuri ta’
war nofsinhar
U nerġa’ lura d-dar miblugħ
Nilgħab mal- ġugarelli ta’
moħħi
Ma nafx liem’alla kien laqgħatni
Bil-velġġa velenuża.
Illum naqilbu l-folja u
nibdew
Kapitlu ġdid biex inħarsu
lejn ix-xefaq
Qisu l-bieraħ qatt ma kien
U qatt ma taf it-trab li
jtir mar-riħ
Fejn ser jispiċċa, bħalma lanqas
taf
Kemm se ddum din il-ħarifa
tagħna.
Issa telaq dak is-seħer
U hekk intemm episodju ieħor
Ta’ dan ix-xeneġġjat li
jħallik miblugħ
Bl-inkonsistenzi tiegħu.
U mill-ġdid nerġgħu nagħmlu
bandla
Fejn inti tkun minn fuq
U jiena noqgħod isfel.
Xejn ma jkun ġara
Jien noqgħod hawn infaħħrek.
Alfred Grech
15/05/2020
No comments:
Post a Comment