Lil Chiara 2.
F’din il-logħoba tal-waqtiet
u tal-burdati
Trid tagħmel bħal ħaddieħor
Għax mhemm xejn ta’ ħsara ikbar
Minn ġifen jiggalleġġja fuq
wiċċ l-ilma
Mingħajr il-qlugħ.
Jista’ jkun hekk met’inti
tgħaddi
Għan-naħħa l-oħra
Mingħajr il-ħsejjes ta’
kulljum
Għax ninsabu fi kwarantina
U lanqas biss insibu min
jifhimna.
Jien nieqaf fuq saqajja
Biex ngħodd mal-multitudni
F’episodju ieħor fil-mixja
lejn l-infinit
Lejn it-tnissija
Għaliex inkun ukoll
tagħllimt
Inħares f’wiċċ il-mewt.
Alfred Grech
30/05/2020.
No comments:
Post a Comment