Saturday, 9 May 2020


Description of the painting by Salvador Dali “Path of the Riddle ...

Xarada.

Hemmhekk irridu naslu
Lilhinn minn kull tifsira
Ta’ sillaba mal- oħra
Li magħha ġġorr tifkira.

Lilhinn minn dak li tifhem
Għax teħel fuq ilsienek
Iġġebbed kemm iġġebbed
Ma tfissru qatt fi kliemek.

Hemmehkk irridu naslu
Bħal mewġa tirkeb oħra
Lilhinn mill-ibgħat xefaq
Tiġġedded għal darb’oħra

Tisfida kull ġejjieni
Lilhinn minn kull tifsila
Tisfida l-ħsieb li jwelled
Miblugħ tibqa’, u bla ħila.

Alfred Grech
09/05/2020.

No comments:

Post a Comment