Jekk Niġri Wara l-Friefet.
Jekk niġri wara l-friefet
Jew naqbad xi werżieq,
Jew naħfen bejn idejja
Ballun li ttiħ bis-sieq.
Inqajjem xi tqanqila
Ta’ tifkiriet li tlift
Waqtiet li ngħaddu minnhom
Li lil ħaddieħor slift.
Inkun qed nerġa’ lura
U żmien m’għadux li kien
Immiss is-sema b’idi
U l-fjuri tal-widien.
Fil-logħoba tat-tfulija
Intajjar il-ħamiem,
Jew nofoħ xi bużżieqa
u nibqa’ ngħix fis-sliem.
Alfred Grech
12.05.2020.
No comments:
Post a Comment