Idħol.
Idħol fuq ponot subgajk
Fil-kurituri tad-dlam tiegħi
U jekk ma tidħolx sa l-aħħar
ċella,
Jekk ma tidħollix taħt
il-ġilda,
Tħabbat għalxejn biebi
Għax ma jkunx hemm biżżejjed
sħana
Fil-fuklar biex iżommna
t-tnejn
Ma xulxin.
Issa ntbaħt li ħlejt ħinek
Tiġri wara l-friefet
alluċinanti
U ħuttaf ta’ ħwienħajħ ileqq
Biex tifhem li d-distanzi ta’
bejnietna
Ma jissejħux biss
żmien.
Alfred Grech
14/05/2020.
No comments:
Post a Comment