Hekk Biss.
Hekk biss tista’ tirbħilhom
lill-allat
Mhux bil-wegħeda
tal-ġejjieni
Jew bit-tama ta’ ferħ ġdid
Iżda billi tixxaħxaħ
fid-dija ta’ kull waqt
Fis-sħana tax-xemx tisreġ;
Billi tirkeb il-mewġa
U titqarben bis-seħer
tal-mara
Li għandek f’idejk u li
laqtitek
Bid-daqqa ta’ ħarta u ħalliet
Il-marki tat-takkuna fuq
il-ġilda ta’ ġismek.
Hekk bis tista’ tirbħilhom
lill-allat
Bl-isfida tal-ġrajja tiegħek
Li tiżboq saħansitra dik
tal-univers.
Alfred Grech
19/05/2020
No comments:
Post a Comment