Bit-Tkaken.
Bit-tkaken taż-żraben tagħkom
ġejtu tkissru ìs-skiet ta’ dawn l-inħawi ta’ruħna.
Bit-tnabar tal-muturi
jdamdmu l-irkejjen tal ħemda
fl-istupru ta’ dal pajżaġġ
minsi.
Bil-ħsejjes tad-dagħa faħxi
ta’ kliemkom
u ta’ dak li tagħmlu biex
mingalikom tkattru
l-kemxa virtwali u teqirdu d-dinja
li wellditkom
bl-inġenji u bin-nugrufun.
Biex issa lokoll spiċċajna
fl-iskwallur ta’ bitħa ta
ħabs
taħt għajn l-għassiesa.
Alfred Grech
24/05/2020.
No comments:
Post a Comment