Tuesday, 30 June 2020


Eerie: Disturbed 'Sound of Silence' Set to Clips of Empty Cities

Hekk Biss Sabiħa.

Hekk biss sabiħa l-ħajja meta t-toroq
Ċimiterju - għax hawn il-ġdiem u l-pesta
U tiġi wiċċ imb’wiċċ mal-baħħ jirbombja,
U tasal f’tarf it-triq u f’tarf ix-xifer.

Għax jista’ jkun li hekk ikun xħin tgħaddi
għan-naħħa l-oħra, bla ħsejjes, bla pompa;
Fuq kollox ma tkunx taf għax mank tintebaħ.

Jien nieqaf issa waħdi fuq saqajja
Jew fuq spallejn l-iġganti biex inħares
Bħal kienet din xi tappa tul il-mixi
Lejn il-baħħ, lejn in-nisi, fejn xejn aktar
ma jiswa’ għax drajtf’wiċċ l-infinit inħares.

Alfred Grech.
17/03/2020.


Saturday, 27 June 2020


Ecstatic Dance Reno

Tiftakar?   2.

Tiftakar għal waqt wieħed
Qed jaqbdek it-tkexkix,
Ħassejt tregħid f’wiċċ l-ilma
Jew li hawnhekk mintix?

Tiftakar għal waqt wieħed
Ħassejt l-irdum idur?
Ħassejt il-ġebel għoli
Jitgħawweġ kull ma jmur?

Ftakart int f’daqqa waħda
Trid tmur, il-ħin kien sar,
Tħallix lil min jistenna
Inkella ssibek agħar.

Intlift fil-ħoss tal-ilma
Intlift fir-raġġ tax-xemx,
Ma rasek tonfoħ żiffa,
Waqtiet li bħalhom m’hemmx.

Issib li trid titlaqni
U tgħaġġel ’mma dan għalfejn?
Idejk lilhinn mix-xefaq
Middejt, ’mma kien għalxejn.

Alfred Grech
27/06/2020




petals blowing in the wind

Nisfuljaw Il-Petali.

Nisfuljaw il-petali tal-ward
U nħalluhom jittajjru mal-irwiefen,
Issa li bdejna ninnamraw
Mal-buffuri u mat-tempesti.

Niftħu beraħ il-persjani
U t-twieqi tal- għorof tagħna
Nisimgħuom jissabbtu xħin jonfoħ ir-riħ
Bħall-kotba li jingħalqu
Biex jiskuntaw il-malinkonija.

Imbagħad xħin jersaq il-lejl
Niġbru waħda waħda dawk li ntilfu
U norbtu ħżiemna mill-ġdid
Biex insellmu lil min telaq.

Alfred Grech
27/06/2020.

Friday, 26 June 2020


Dear Meaning Maker: Heart Memory & Nostalgia - Kardia Health Services


Lanqas Nista’ Nagħmel.

Lanqas nista’ nagħmel ta’ bir-ruħi
Qed nikteb dawn il-versi bħala xhieda
Ta’ qalb li waqqfet tgerrem id-dras tal-ingranaġġ.
Jekk iġġelben demgħa ma ħaddejja
Ġewwa fija jsir għadira skiet u solitudni.
U inti tgħid li ma kien xejn
Kien biss ir-riħ li jgħaddi
Għaliex fil-bogħod tinstema’ tidwi
l-għanja tas-salvazzjoni.

U lanqas tista’ ma grampun iddendel
Dat-tqanqiliet, waqtiet misruqa,
Dal-ħsibijiet ta’ kull filgħodu
Għax taf li kull ma jmur ir-rota taħleġ
It-turmenti, l-ġranet u l-minuti.

Imbagħad noqgħod nisma’ l-għana
Tas-sireni u nintona taħbit qalbi
Ma dak tal-mewġ tal-baħar
f’kantaliena li traqqad.

Għax ma ssib xejn xħin tfittex
Għajr l-għabra, l-għanqbut
U s-sens ta’ nosalġija

Alfred Grech.
26/06/2020.

Thursday, 25 June 2020


Jill Poyourow | Negative Portrait of Edward G. Robinson as Sol ...

Imqar Hawnheħħ.

Imqar hawnhekk xħin tibda’ ġejja l-ħamla
Ħadd ma jfaqqafha;
Xħin jaqgħu l-kolossi b’riġlejn tat-tafal
ix-xbiehat minquxa li quddiemhom
il-folla storduta kient illuppjata
jinstema’ l-għana tal-osannna fil-goli tas-smewwiet.
Għax mis-smewwiet bdew jaqgħu waħda, waħda,
Il-kwiekeb feruti u l-anġli tar-rerwwixta
Għamlu festa għax m’obdewx
Jew kienu jafu aktar minn ħaddieħor
U wiegħdu l-ġenna fl-art.

Imqar hawnhekk bdiet nieżla xita ta’ ġebel
U nirien bħal fuq il-ġżejjer li jiżnhu
Għax intilfet l-irġulija u s-sewwa sar
Minn kull lewn bħal-qawsalla
U s-sireni baqgħu jgħannu biex kullħadd jitlef it-triq
Għax jitlef ir-riħa tal-mogħdija mnejn kien jgħaddi.

Hawnhekk ukoll il-kobba mħabbla
Ċippitatu jdur dawrien b la sens
U żugraga li kienet dinja li tilfet id-dawrien.
Għalhekk ejja niżżu ħajr lil dawk li jxandru
Għax issa lanqas temmen mhu se tibqa’
Xħin tara l-kitba fuq il-ħajt
U l-irwiefen li jġorru t-tiben
Saru jġorru saħansitra l-mażri
Li mal-għonq jiddendlu
Ta’ min kien jaħseb li jista’
Jibqa’ jgħaddi biż-żufjett
Liż-żmien u lil kulħadd.

Alfred Grech
25/06/2020.

Wednesday, 24 June 2020


pin a star | The dreamers, Pretty pictures, Look at the stars

Is it true?

Is it true there’s no return
To the dreams we dreamt together
When we could choose the stars
That beconed us
And the moon that danced us off
To the break of dawn?

Whence the precipice
Whence the clif
Or the end of this long journey?
Whence the blow that changed the day?
Whence the killer with the axe?

Is it true there’s no return
To the joys of yesterday
When the plumes held sway
In the brightnss of a day
And the steads kept on their way
On a destined journey?

Alfred Grech
24/06/2020.

Tuesday, 23 June 2020


A lone dove sits on the ledge outside the window. the dove feels ...

153.

U issa nbtaħt li mindu għandi lilek
Insejt li dik m’għadhiex ittektek tiġi
Mat-tieqa ta’ kamarti u tistenna
Li jien niftħilha beraħ biex tista’
Tgħaddi ġewwa bħalkieku hawn kien tagħha.
U issa ntbaħt li l-ħin li ngħaddi miegħek
Sar ħin misruq u xħin inħares lura
Ma nara xejn, jew nara l-baħħ bid-dħaħen.
U issa ntbaħt li għandi nerġa’ nibda’.
Għalhekk tieħux għalik, għażiża tiegħi,
Fiż-żmien li jien nitbiegħed sabiex nogħdos
Fiċ-ċpar  tax-xefaq, dlam is-solitudni,
Inkun qed nistenniha erġa’ tiġi
Ittektek bil-munqar mal-ħġieġ tat-tieqa.

Alfred Grech
23/06/2020



Monday, 22 June 2020


 Filling the Void in Sobriety - Mental Health and Addictions ...

Intoxication.

I do not want to live now
I want to live the drif of aberration
The exctasy of the moment
When you do not think because you are alive
Because you only feel
The ebb anbd flow of all the senses
When there is not time
Or time has stopped to flow.
I do not want to know what time it is
What day, what year,
Or look myself into the mirror.
I want to keep on gliding
With the wings of insobriety
As if I will never
Touch the ground again.

Alfred Grech
22/06/2020

Friday, 19 June 2020


la collina dei ciliegi lucio battisti Chords - Chordify

Kif Tħossok?

Kif tħossok meta l-logħba
Għada mhix milgħuba
U taf ir-riżultat,
Tkun taf mill-bidu nett
Li qiegħda taħli l-ħin
U tħoss li dawn il-ktajjen
Sawwarthom inti stess
Bħal-lastiku jiġġebbed
U ma jerħilek qatt?
Nitbiegħdu għal ftit ħin
U nerġgħu ma xulxin
Bid-daħka li ma tafx
Il- wiċċ tal-maħbubin.
Mhemm ebda nar li jbatti
Għax nibqgħu aħna t-tnejn
Fil-bank tal-midinbin.
Il-fawra li tiġini
Tgħeżżeż il-pendament
Vulkan li jrid jiżbroffa
Fi ġranet magħdudin.
Imbagħad ‘kk niltaqa’ ma xi pont
Ngħaddi għan-naħħa l-oħra.

Alfred Grech
19/06/2020.

Wednesday, 17 June 2020


Startups commit suicide daily - Paul Mbua - Medium

Ridt Neħles Minni Nnifsi.

Il-ħarsa mudlama f’għajnejk
Serqet il-ħemda ta’ dik id-dinja
Li konna drajna .
L-ilwien ilellxu f’daqaqa waħda
Tniġġsu u lanqas biss ridt naf
X’għandek xi tgħid.
F’daqqa waħda sirt naf
Li għandek x’tirrakkonta
Li ma kont tiegħi qatt
Iżda l-aktar ħsieb li qed ikiddni
Hu dak li naf x’kont qiegħda taħseb
Li taf kull pass li jmiss
U kull mossa li se nagħmel.
Imbagħad tbiddel it-tbissima fuq xofftejk
Fid-dawl tal-fanal
Li jixgħel sotteran ix-xili.
Jien xtaqt inneħħi jdejk minn fuq għajnejk
Biex nilmaħ l-allat suwed
Kull xħin tintilef
Iżda kull ma ġara kien
Li ġġarrfu ħitan is-swar
U jien għalaqt għajnejja
U nsejt li ridt neħles
Minn kull ma kelli
Ridt neħles minni nnifsi.

Alfred Grech
17/06/2020.

Monday, 15 June 2020


Why We Are Different - Mercury Group Consulting

Issa Taf.

Għalkemm għolejna ma kull mewġa
Spiċċajta xorta waħda fuq l-iskolji.
Imqar jekk ninsabu l-bogħod tar-rifletturi
U dak kollu li hu moda
F’għajnejjna jidher biss
Dak li ħaddieħor lanqas jara.
Taf li ma tista’qatt tkun bħal ħaddieħor
U dak il-gelgul li qabel kien inixxi
Issa sar biss il-qtar
Li kull filgħodu jibtrebaħ
Mill-gravita’ ma tlugħ ix-xemx.
Issa taf għax nisma’ għanjiet
Li ħadd ma jrid jisma’
U nikteb poeżija
Li ħadd ma jrid jaqra
Hekk li fil-baħar tal-multitidni
Int sir tħobb lil min malajr jingħaraf.

Alfred Grech
15/06/2020.


Saturday, 13 June 2020

Our Universe is a Simulation - Vinay Kanigicherla - Medium


Għax Kollox Attaparsi.

Lanqas il-leħen m’għadu joħroġ
Ħieles u ferrieħi
Bħal ilma ġieri li jnixxi
Fil-kanali tas-saqwi
Illum qed ngħumi ġewwa baħar imdardar
Ikkalzrati fid-dawl u fil-konkrit.
Lanqas ir-riħa tal-qronfol u tal-ġiżimin
M’għada tinxtamm
Fil-ġonna deżolati ta’ din il-plajja
Fejn jirgħu l-għasafar tal-ħtif
U jimxu l-misruqin ta’ mingħajr djar.
Xejn, kollox ilellex fl-ilwien artifiċjali
Fid-dħaħen efimerali
U fis-swied imdennes
Ta’ għamliet tridimensjonali.
Ħajjithom mhix itwal minn tal-ward
Li jiftaħ filgħodu u jagħlaq
Fin nżul ix-xemx sajfija.
Għax kollox attaparsi.

Alfred Grech
13/06/20202.

Friday, 12 June 2020


If you call me i will help you to find inner peace with each part ...


Fittixni

Fittixni f’xi żiffa li tkun għaddejja tmelles
Il-mewġ tal-baħar li m’għandiex mill-
Ħafna wegħdi tal-bnedmin
Jew f’xi twerżieqa ta’ vjolin skurdat
Jew f’xi nota nieqsa ta’ xi sinfonija
Li qatt ma nkitbet.
Jien ridt inkellmek
U ngħidlek ħafna ħwejjeġ
Iżda mbagħad bqajt waħdi nitħasseb
Fuq dak li stajt intenni.
U meta sewwasew sejjaħtli
Żlaqt fuq kull żurżieqa li żżerżaqna fuqha
U sibtni qed nitbandal fuq il-bandli
Ta’ tfulitna.
U jekk xi darba għad niltaqgħu
Issejjaħlix iżda aħseb fuq dawk il-waqtiet
Li qatt m’għaddew bejnietna.

Alfred Grech
12/06/2020