153.
U issa nbtaħt li mindu
għandi lilek
Insejt li dik m’għadhiex
ittektek tiġi
Mat-tieqa ta’ kamarti u
tistenna
Li jien niftħilha beraħ biex
tista’
Tgħaddi ġewwa bħalkieku hawn
kien tagħha.
U issa ntbaħt li l-ħin li
ngħaddi miegħek
Sar ħin misruq u xħin
inħares lura
Ma nara xejn, jew nara l-baħħ
bid-dħaħen.
U issa ntbaħt li għandi nerġa’
nibda’.
Għalhekk tieħux għalik,
għażiża tiegħi,
Fiż-żmien li jien nitbiegħed
sabiex nogħdos
Fiċ-ċpar tax-xefaq, dlam is-solitudni,
Inkun qed nistenniha erġa’ tiġi
Ittektek bil-munqar
mal-ħġieġ tat-tieqa.
Alfred Grech
23/06/2020
No comments:
Post a Comment