Lanqas Nista’ Nagħmel.
Lanqas nista’ nagħmel ta’
bir-ruħi
Qed nikteb dawn il-versi bħala
xhieda
Ta’ qalb li waqqfet tgerrem
id-dras tal-ingranaġġ.
Jekk iġġelben demgħa ma
ħaddejja
Ġewwa fija jsir għadira
skiet u solitudni.
U inti tgħid li ma kien xejn
Kien biss ir-riħ li jgħaddi
Għaliex fil-bogħod tinstema’
tidwi
l-għanja tas-salvazzjoni.
U lanqas tista’ ma grampun
iddendel
Dat-tqanqiliet, waqtiet
misruqa,
Dal-ħsibijiet ta’ kull
filgħodu
Għax taf li kull ma jmur
ir-rota taħleġ
It-turmenti, l-ġranet u
l-minuti.
Imbagħad noqgħod nisma’
l-għana
Tas-sireni u nintona taħbit
qalbi
Ma dak tal-mewġ tal-baħar
f’kantaliena li traqqad.
Għax ma ssib xejn xħin
tfittex
Għajr l-għabra, l-għanqbut
U s-sens ta’ nosalġija
Alfred Grech.
26/06/2020.
No comments:
Post a Comment