Hekk Naf inħobbok Jien.
Iżda jien ma nafx inħobbok
Jekk mhux bħan-naħal li
jidħol ġewwa l-warda
U jogħodos fil-benna tagħha
Inkella bħal frafett li
jiżżegleg u jiiżżarġan
Minn fuq warda għal fuq
l-oħra.
Iżda jien ma nistagħax
inħobbok
Jekk mhux fid-duħħan u ċ-ċpar
Tal-alluċiazzjoni ta’ waqt
wieħed
Li jiswa’ eternita’
Biex għada nqumu t-tnejn li
aħna
Nistqasu lil xulxin: aħna
min aħna.
Għax jien hekk biss naf
inħobbok
Fil-kollizzjoni xemx ma xemx
oħra.
Hekk naf inħobbok jien.
Alfred Grech
02/06/2020.
No comments:
Post a Comment