Thursday, 25 June 2020


Jill Poyourow | Negative Portrait of Edward G. Robinson as Sol ...

Imqar Hawnheħħ.

Imqar hawnhekk xħin tibda’ ġejja l-ħamla
Ħadd ma jfaqqafha;
Xħin jaqgħu l-kolossi b’riġlejn tat-tafal
ix-xbiehat minquxa li quddiemhom
il-folla storduta kient illuppjata
jinstema’ l-għana tal-osannna fil-goli tas-smewwiet.
Għax mis-smewwiet bdew jaqgħu waħda, waħda,
Il-kwiekeb feruti u l-anġli tar-rerwwixta
Għamlu festa għax m’obdewx
Jew kienu jafu aktar minn ħaddieħor
U wiegħdu l-ġenna fl-art.

Imqar hawnhekk bdiet nieżla xita ta’ ġebel
U nirien bħal fuq il-ġżejjer li jiżnhu
Għax intilfet l-irġulija u s-sewwa sar
Minn kull lewn bħal-qawsalla
U s-sireni baqgħu jgħannu biex kullħadd jitlef it-triq
Għax jitlef ir-riħa tal-mogħdija mnejn kien jgħaddi.

Hawnhekk ukoll il-kobba mħabbla
Ċippitatu jdur dawrien b la sens
U żugraga li kienet dinja li tilfet id-dawrien.
Għalhekk ejja niżżu ħajr lil dawk li jxandru
Għax issa lanqas temmen mhu se tibqa’
Xħin tara l-kitba fuq il-ħajt
U l-irwiefen li jġorru t-tiben
Saru jġorru saħansitra l-mażri
Li mal-għonq jiddendlu
Ta’ min kien jaħseb li jista’
Jibqa’ jgħaddi biż-żufjett
Liż-żmien u lil kulħadd.

Alfred Grech
25/06/2020.

No comments:

Post a Comment