Vjaġġ Bla Mira.
Vjaġġ bla mira l-mixja
tagħna
Fit-toroq battala ta’ dawn
l-inħawi
F’dil-gżira li tilfet
suritha
U ġismha ma jingħarafx
Għax imbiegħet fis-suq
tar-regħjba maltin.
X’jagħtik is-saħħa li
tiġġieled
l-assurduita’ li tisfidak
id-dwejjaq l-uġih, l-inċertezza
jekk mhux il-ħmerijiet u
l-fissazzjonijiet?
Tista’ wkoll tindarab bis=-ejf
tal-anġlu
F’jum il-fejqan mill-pesta
Iżda r-ruħ tistrieħ fil-waqa’
Tal-imkabbrin u dawk li
jaħtfu
U fl-għabex tal-allat.
Nixtieq li kont ħrafa li
ttenniha
Kull filgħaxija
Mingħajr tagħlima.
Alfred Grech.
11/06/2020.
No comments:
Post a Comment