Ridt Neħles Minni Nnifsi.
Il-ħarsa mudlama f’għajnejk
Serqet il-ħemda ta’ dik
id-dinja
Li konna drajna .
L-ilwien ilellxu f’daqaqa
waħda
Tniġġsu u lanqas biss ridt
naf
X’għandek xi tgħid.
F’daqqa waħda sirt naf
Li għandek x’tirrakkonta
Li ma kont tiegħi qatt
Iżda l-aktar ħsieb li qed
ikiddni
Hu dak li naf x’kont qiegħda
taħseb
Li taf kull pass li jmiss
U kull mossa li se nagħmel.
Imbagħad tbiddel it-tbissima
fuq xofftejk
Fid-dawl tal-fanal
Li jixgħel sotteran ix-xili.
Jien xtaqt inneħħi jdejk
minn fuq għajnejk
Biex nilmaħ l-allat suwed
Kull xħin tintilef
Iżda kull ma ġara kien
Li ġġarrfu ħitan is-swar
U jien għalaqt għajnejja
U nsejt li ridt neħles
Minn kull ma kelli
Ridt neħles minni nnifsi.
Alfred Grech
17/06/2020.
No comments:
Post a Comment