Issa Taf.
Għalkemm għolejna ma kull
mewġa
Spiċċajta xorta waħda fuq
l-iskolji.
Imqar jekk ninsabu l-bogħod
tar-rifletturi
U dak kollu li hu moda
F’għajnejjna jidher biss
Dak li ħaddieħor lanqas
jara.
Taf li ma tista’qatt tkun
bħal ħaddieħor
U dak il-gelgul li qabel
kien inixxi
Issa sar biss il-qtar
Li kull filgħodu jibtrebaħ
Mill-gravita’ ma tlugħ
ix-xemx.
Issa taf għax nisma’
għanjiet
Li ħadd ma jrid jisma’
U nikteb poeżija
Li ħadd ma jrid jaqra
Hekk li fil-baħar
tal-multitidni
Int sir tħobb lil min malajr
jingħaraf.
Alfred Grech
15/06/2020.
No comments:
Post a Comment