Friday, 19 June 2020


la collina dei ciliegi lucio battisti Chords - Chordify

Kif Tħossok?

Kif tħossok meta l-logħba
Għada mhix milgħuba
U taf ir-riżultat,
Tkun taf mill-bidu nett
Li qiegħda taħli l-ħin
U tħoss li dawn il-ktajjen
Sawwarthom inti stess
Bħal-lastiku jiġġebbed
U ma jerħilek qatt?
Nitbiegħdu għal ftit ħin
U nerġgħu ma xulxin
Bid-daħka li ma tafx
Il- wiċċ tal-maħbubin.
Mhemm ebda nar li jbatti
Għax nibqgħu aħna t-tnejn
Fil-bank tal-midinbin.
Il-fawra li tiġini
Tgħeżżeż il-pendament
Vulkan li jrid jiżbroffa
Fi ġranet magħdudin.
Imbagħad ‘kk niltaqa’ ma xi pont
Ngħaddi għan-naħħa l-oħra.

Alfred Grech
19/06/2020.

No comments:

Post a Comment