Saturday, 27 June 2020



petals blowing in the wind

Nisfuljaw Il-Petali.

Nisfuljaw il-petali tal-ward
U nħalluhom jittajjru mal-irwiefen,
Issa li bdejna ninnamraw
Mal-buffuri u mat-tempesti.

Niftħu beraħ il-persjani
U t-twieqi tal- għorof tagħna
Nisimgħuom jissabbtu xħin jonfoħ ir-riħ
Bħall-kotba li jingħalqu
Biex jiskuntaw il-malinkonija.

Imbagħad xħin jersaq il-lejl
Niġbru waħda waħda dawk li ntilfu
U norbtu ħżiemna mill-ġdid
Biex insellmu lil min telaq.

Alfred Grech
27/06/2020.

No comments:

Post a Comment