Minn Dak Kollu Li Għedtulna.
Minn dak kollu li għedtulna
ma kien xejn
U lanqas il-ħarsa t’għajnjkom
M’għadna niftakru.
U issa lanqas nafu aktar
Lil min se nemmnu.
Hawn wisq bżar fl-għajnejn
U x-xita qliel ta’ gideb ma
waqfitx
U issa lanqas nafu aktar
Lil min se nibdew nemmnu.
U ma nafux meta se tibda
toqgħod
l-għabra
għax hemm wisq biki
tas-sireni.
Ix-xewqa qatt ma ntilfet
Għad-deheb li ma kienx hemm
Hemm biss, għarar u tkissir
Ta’ spazji ġa meħuda.
Imbagħad nibdew nitolbu
Aħna wkoll ġħal aktar kastig
Ħalli magħna jmutu wkoll
L-allat t’olimpu.
Alfred Grech
03/06/2020.
No comments:
Post a Comment