Tiftakar? 2.
Tiftakar għal waqt wieħed
Qed jaqbdek it-tkexkix,
Ħassejt tregħid f’wiċċ
l-ilma
Jew li hawnhekk mintix?
Tiftakar għal waqt wieħed
Ħassejt l-irdum idur?
Ħassejt il-ġebel għoli
Jitgħawweġ kull ma jmur?
Ftakart int f’daqqa waħda
Trid tmur, il-ħin kien sar,
Tħallix lil min jistenna
Inkella ssibek agħar.
Intlift fil-ħoss tal-ilma
Intlift fir-raġġ tax-xemx,
Ma rasek tonfoħ żiffa,
Waqtiet li bħalhom m’hemmx.
Issib li trid titlaqni
U tgħaġġel ’mma dan għalfejn?
Idejk lilhinn mix-xefaq
Middejt, ’mma kien għalxejn.
Alfred Grech
27/06/2020
No comments:
Post a Comment