Xħin Ħriġna Mill-Ġenna
tal-Art.
Xħin ħriġna mill-ġenna tal-art
Kien bħal kull filgħodu meta nqumu ma nafux
Il-jum x’ser jagħti
Lesti għal kull ma jiġi.
Xħin ħriġna mill-ġenna tal-art
Sibna l-assurdita’
Sibna d-dħaħen u n-nugrufun imxajtan
Tal-industrija
Il-konkrit u t-trab tal-bini qed jiżdied
U sibna lill-ġullara tal-qorti tal-imperatur
Iqawwulna qalbna
U jgidulna li kollox se jerġa’ għall li kien.
Xħin ħriġna mill-ġenna tal-art
Sibna li kollox kien gidba
Sibna li n-numri ma jaqblux
U kollox kien ħolma waħda
Għaliex il-jasar kien
Fil-ħajja ta’ kulljum
U għax issa wkoll spiċċajna wkoll
Ma dawk li ma jemmnux.
Alfred Grech
06/06/2020.
No comments:
Post a Comment