Kull Filgħodu.
U kull filgħodu rridu nġorru
l-valiġġi
Li ġarrejan l-bieraħ u t-toqol
Minflok jonqos qed jiżdied.
Kulljum nitqawwew
Bi sbieħ il-jum fulġenti
Ta’ xemx li terġa’ tqum
mill-ilmijiet.
U kull fil-għodu nqumu
ntennu l-istess mantra
Bir-ritornell li għada jista’
jkun aħjar
U xi minn daqqiet naħbu l-ġenb
Mudlam tal-qamar
Naħbuħ imqar minnha nfusna
U l-għaliex ma nifhmu qatt.
Tgħallimna daż-żmien kollu
Inżommu fil-wiċċ
Ninġarru mal-kurrenti
Dan ma jfissirx
Li l-ħajja ta’ min jgħixha.
U x’ħajja din?
Penelope toftoq dak li
tinseġ.
Alfred Grech
08/06/2020.
No comments:
Post a Comment