Fej’ Tmur
Fej’ tmur għidli xħin titlaq
?
Ma tħalli ebda rima
Xejn ma jibqa’ minnek
U tmur mingħajr tislima.
Qatt ħsibt x’iħoss min tkun
ħallejt warajk,
Id-diwi f’qiegħ l-immensita’
Il-ġerħa li tistona
Tirbombja l-baħħ mitluf fi ħdan
l- eternita’?
Jien ħsibt li tibqa’ tieħu
n-nifs
Imqar jekk ħadd mhu qed jarak
Għax l-arja li kont tibla’
Żgur kienet qed tifgak.
Għalhekk issa taħseb
fejn tmur se ssib tqanqila
l-infern kien qiegħed hawn
u saħħtek ħlejt ma kull
taħbila.
Jien imbagħad nibqa’ għaddej
B’rasi ’l-fuq u bl-għeltijiet
Minn nofs il-misraħ tal- qaddisin
Niżfen mal-ħsibijiet.
Alfred Grech
08/06/2020.
No comments:
Post a Comment