Monday, 1 June 2020


What Coronavirus Isolation Could Do to Your Mind (and Body) | WIRED

Issa li Għaddiet il-Maltempata.

Issa li għaddiet il-Maltempata
U l-ward li tmejjel reġa’ refa’ rasu
Nistaqsu dan kollu kienx hemm għalfejn
Nistaqsu jekk dal-biża jnixxi
Minn xquq il-ħitan tas-sejjieħ
Kienx mistħoqq.
Issa li l-passa għaddiet u nerġgħu nistgħu
Bħall- bebbux nixirfu rasna minn ġol qoxra
Nistaqsu x’kien tassew li żammna
Magħammdin u magħluqin fil ħabs ta’ ruħna.
Jekk kienx il-biża tal-iħirsa
Jew l-għadu kienx tassew
Mistoħbi wara l-kantuniera
Lest biex jaqbeż fuqna, jew jitkixxef
X’jagħmlu n-nies xħin jinġemgħu
F’merħla.
X’nagħmlu issa tgħid
Li minn dak kollu ma kien xejn,
Inwaħħlu f’min webbilna
U mewwtilna kull kuraġġ?

Alfred Grech.
01/06/2020.

No comments:

Post a Comment