Monday, 13 February 2017



113.

Xħin ma tibqax int lili tirrifletti.
Noqgħodu ma nistgħux fuq qoxra waħda.
Għalhekk ukoll x’aktarx li qatt ma ltqajna.
Jien noqgħod kont niċċajta għax ridt inbiddel.
Imm’ ara ftit, għax baqa’ xejn ma nbidel.
Tista’ tmut, għax il-ħajja bla tifsira,
’Mma lilek irrid nieħdok bil-bagalja
Li ġġor miegħek; għalkemm il-valiġġi
Xi minn daqqiet insibhom tqal iżżejjed.
Xħin konna għal għonq it-triq it-tnejn li aħna
Deherli li kien għalxejn; xħin bdew iċapċpu
Jiena intlift: kien kollox milli jidher.
Int sabiħa xħin jiena nkun nixtieqek,
Imbagħad issir duħħan jew bħahom kollha.

Alfred Grech

13/02/2017

Sunday, 12 February 2017











Quando Non Mi Rifletti Piu’

E’ quando tu non mi rifletti piu’
che noi non possiamo stare insieme.
O forse, ecco perche’, non ci siamo mai incontrati.
Facevo tutti quei scherzo, perche’ volevo cambiare Marcia,
Ma vedi? Purtroppo nienete e’ cambiato.
Si puo’ morire anche
perche’ la vita non ha piu’ senso.
Ma io devo prenderti con il bagaglio che porti,
anche se’ le tuo valigge diventano spesso pesanti.
Quando camminavamo insieme
avevo l’impressione che tutto e’ stato inutile,
e che anche quando mi applaudino
tutto sembrava meno chiaro.
Saresti diventata anche bella come gli altri
fino a quando io ti volevo.

Alfred Grech

12-02-2017

Saturday, 11 February 2017



112.

Imdendel kollox b’ħajta tal-għanqbuta
Bħall-ħajja li t-tnejn sibna ruħna fiha.
Tiġini t-tentazzjoni li nċempillek
Għax ma din il-melodija rabat qalbu
L-għannej. Imbagħad fil-ħemda naħrab ħarba,
Biex niġbor kull tqanqila f’din ir-rabta.
Fit-tul, fit-tul ir-raqda tal-poeta
U bħaż-żernieq l-irxoxt minn qalb il-weraq.
Tinfirex ma kull pass tas-sebħ ir-riħa
Fi twapet bla kulur ta’ dan il-wileġ..
U jien ma ngħidlek xejn għax nibqa’ mbellaħ,
U jiena xorta waħda nibqa’ nħares
Lejn dehera  alluċinanti u indiskreta
U nibda nħoss il-bews ġej fuq xuftejja.

Alfred Grech

11/02/2017

Friday, 10 February 2017



Jekk Dawk Li Qed Jistaqsu.

Jekk dawk li qed jistaqsu
Jibgħatu għad għalik.
Taħsibx li għad bi kwietek
Xi ħadd ser iħallik.

Jekk dawk li qed jistaqsu
Ifittxu l-verita’.
Ix-xempju tal-ġustizzja,
Inkella għall–kurżita’.

B’morali kwalunkwista,
Inkella mal-kurrent,
Ta’ ġurnalisti skomdi
Tgħallmuh id-dramm bl-amment.

Fuq dawn in-nies iserraħ,
Dawk li jinterrogaw,
Il-qawwa tas-setgħana
Li magħhom ninnamraw.

Alfred Grech
10/02/2017


Thursday, 9 February 2017




Jekk Taqbeż Minn Fuq Ix-Xifer.

Jekk taqbeż minn fuq ix-xifer, hemm il-baħħ
Ja mara tat-tempesti;
Jekk l-arpa ma tmissiex, l-oħrajn ma jistgħu qatt
Iduqu ftit mill-benna li tinżel bħal għasel fuq ix-xuftejn..
Ikraħ l-ajru u mdallam is-sema
U l-baħar inkurlat qed jgħażżaż sninu.
Imm’inti tibqa’ ttir fil-glorja tiegħek
Bil-ġwienaħ ta’ gawwija li tisfida l-art u s-sema,
U terġa’ lura.
Għoli, għoli wisq il-preċipizzju
U kbir wisq il-kjażmu l-hemm jifridna.
Xħin il-mixja lejn x’imkien issir hi d-destinazzjoni
Inħoss li nkunu tlifna,
U jkun baqgħalna biss is-sensazzjoni.
Meta nibda nħares lejk bħalma jħares lejk ħaddieħor
Inti tintilef fil-misteru. . .
U jien inkun tlift il-ġlieda tal-mewt u ħajja.

Alfred Grech

09/02/2017

Wednesday, 8 February 2017



Il-Bogħod Li Hemm bejnietna.

Mhix qed tasallek sa mniffsejk
Dir-riħa li mhi xejn għajr perċezzjoni,
Biex tislet minn ġo ħobbna s-sentimenti
U s-skiet ta’ dejjem?
Jien issa priġinier fi ġnien li ħloqtli,
U gbart il-ward li sibt sabiex infewwaħ
Kull rokna ta’ ħajjitna.
Int sirt tas-swied il-qalb il-werqa
Tittajjar fuq il-wileġ u l-praterji.
Il-qamar libes libsa u qed jindokra
S-sensazzjonijiet li tlifna
U l-kwiekeb qed jiddandnu u ma jindunawx
Bil-bogħod li hemm bejnietna.

Kull kantuniera tfisser tappa ġdida
F’dil-mixja l’għad trid twassal x’imkien ieħor
Lil hinn mix-xifer.
Kull leħħa dawl li tidher qed naħsbuha
Il-beraq tal-allat; id-dawl tad-dinja.

Hekk jien nixtieqek bħalma lmaħtek,
Ma tinqabadx . . .
U taf tiskappa n-nasses kollha tan-nassaba.

Kull xħin inħares lura magħad nintebaħ
Li l-bogħod li hemm għax konna nimxu.

Alfred Grech

08/02/2017 

Tuesday, 7 February 2017



Oħorġu Għidu ’l-Poplu.

Oħorġu għidi ’l-poplu
Feħemuh kif issibuh,
Għidulu kif tagħmlulu,
Tmexxuh bla ma turuh.

Għidulu kif issalbu
Qaddejja tal-Istat,
Toħorġu mbagħad tiftaħru
Kull ħtieqa kif tkun ġrat.

Qaddejja tal-ġusrizzja
Li ssibhom kullimkien,
Toħorġu ’l-far mit-toqba,
Fin-nassa ’l-min kien kien.

Għidulu lil dal-poplu,
Għidulu minnufih
Biex jibqa’ jemmen fikom
U jorqod fil-mistrieħ.

Li temmnu fil-miljuni,
U tfasslu kull proġett,
B’xi wiegħeda alluċinanti
Li tħalli wkoll l-effett.

Oħorġu għidu ’l-poplu,
Min intom sewwasew
Ilbistu l-ġild ta’ nagħġa
U bqajtu lpup minn ġew.

Alfred Grech

07/02/2017