Monday, 7 January 2019



Pakkett.

Bħar-rigal li tirċievi f‘pakkett
il-ħajja
għax kollox fil-pakketti daż-żmien
pakkett ta’ proposti u ħafna minnhom fil-boros tal-plastik
xħin tiftħu taf issib is-sorpriża ta’ ħajjtek
inkella xejn  ta’ barra minn hawn
kont tistenniha
bħal meta tħares lura lejn il-ħajja
xħin tkun għextha
tistaqsi lilek innifsek
x’kienet tiswiex.

Alfred Grech
07/01/2019

Saturday, 5 January 2019




Is-Skiet Tiegħek.

Is-skiet tiegħek xħin tersaq lejja
huwa stunat aktar
mis-solitudni qadima tiegħi.
Is-skiet tiegħek jitkellem waħdu
sabiex jibgħat messaġġ li ma tifhimux
li tifhmu jekk trid, kif trid,
inkella kull kif tista’ tifhmu.

Il-ħarsa tiegħek bħal ta’ xi Dea
li tiġi fuq il karru trijonfanti
jilma fid-dawl tax-xemx
sabiex tagħmini.

Nistgħu noqgħodu hawn
nitkellmu dwar xewqat antiki
u dak li missna għamilna u m’għamilniex
taħt l-għata mieles
tal-kwiekeb li jishru.

Alfred Grech
06/02/2019.

Related image



F’Ħoġrok Iġborni.


F’ħoġrok iġborni
kull meta nkun tfarrakt
kull meta nsir mitt biċċa.

Boxxla urini
xħin nitlef it-triq
baħħari ta’dejjem,
jew il-binarji
sabiex insib ir-rotta.

Ħarstek islifni
biex nagħraf id-disinn
f’kaleidoskopju mħabbel
ġol bir tal-infinit.

Kull meta niftaħ qalbi miegħek
inkellem lili nnifsi.

Alfred Grech
05/02/2018.



Thursday, 3 January 2019












Tintelaq.

Tintelaq iva
iżda mhux ma kull riħ
mhux mal-kurrenti
li jwasslu għat-telfien.

Tintelaq iva
biss biex tistrieħ
għax ġismek molla
biex taqbeż kull xkiel.


Tintelaq iva
biex tagħżel il-waqt
tintona mar-ritmu
u ssib dak li xtaqt.

Alfred Grech
04/01/2019





Do Not Be An Illusion.

Do not be an illusion like most of them,
Something you are not
But with a hidden aim
For something you want to get
And once you get it
You close the show
To beauty and divinity.

Do not be one of them
A bitch that triggers off
The instinctive arrows of a medusa
To transfix your true admirer
And then showing your true colors
The aspect of a prowling feline
Fighting for instinctive survival
and primordial rest.

But be the energy that renews all life
A Lilith that does not obey,
 the one who flies in darkness
And steels the semen from men
In a somnambular encounter
Or better still, an Astarte
Descending upon men as a fiery star
To reconcile the invisible double
With the one that really is.

Alfred Grech
03/01/2019

Wednesday, 2 January 2019


X’Ikun il-Vojt Li Tħalli.

X’ikun il-vojt li tħalli x’xħin titlaqni?
Il-ħofra fonda, fonda ta’ bla qiegħ,
il baħħ li lanqas għandu kantunieri
jew il-frammentazzjoni ta’ mera li saret biċċiet?
Kien hemm dwejjaq, kien hemm dmugħ
iżda jien ma qagħadtx nistaqsi
jekk stajtx ngħix il ħajja solitarja
nitkellem miegħi stess jew ma xi ħadd mistħajjel
inkella nidwi l-ħsejjes primordjali tal-univers.

Xħin tlaqt int ħassejt il-baħħ
bla staqsejt il-baħħ x’ikun,
bla staqsejt jien x’kien jonqosni
u jekk din kientx il-weġgħa
ta’ min ħa bil-kbir  għalih
jew jekk kellekx minn dak li xtaqt.

U mbagħad staqsejt jekk kellix nitelaq mal-kurrenti
u nħoss bħalma jgħidu l-għandu jħoss kullħadd
jew nagħmel ta’bir-ruħi
wara din it-telfa’

Alfred Grech
02/02/2019

Tuesday, 1 January 2019





Nismagħha Rrid Mingħandek.

Xi minn daqqiet nismagħha rrid mingħandek,
għax l-anġlu tiegħi m’għandux leħen
u dak li nisma’ tiela’ mill-abbissi
ikun leħen stunat u mank jinfiehem.
Aktarx ikun xitan li jxidd kostum ta’ mara
inkella n-naħħa l-oħra tal-munita,
kull meta nisfa’ mweġġa’ għax qed nitlef
jinħtieġ li nerġa lura nfittex lilek
inkella nerġa’ lura minn fejn tlaqt
jew noqgħod hawn fil-kwiet nitħasseb waħdi,
u niżen jekk it-tul l-imxejt kien kollu siewi.
Int tista’ għalija tkun l-arkanġlu li ġie jħabbar
li t-tmien qed wara l-kantuniera
u jien nitilef nerġa f’litanija
ta’ bla tmiem u ta bla kuda.

Alfred Grech
01/01/2019