Wednesday, 13 March 2019




Ħassejtni Sew.

Hassejtni sew matul il vjaġġ li m’għażiltx jiena,
sibt ruħi sew fid-deffa, misjuq mill-bqija
għax kont qed niġri mal-kurrent
u fejn kien qed isuqni
kont niġri mal-oħrajn u nsib il wens tal-massa.
Jinħtieġ li nsib it-triq tas-serħ u tal-fejqan
u din tkun waħda minnhom.

Iżda llum li ġejt fit-tarf ta’ rdum
u ser tispiċċa dil kruċiera
mal-ħafna oħrajn ħenjin għax qatt ma tbiegħdu
nintasab waħdi hawn fuq dan is-sies
f’eżami tal kuxxjenza
nistaqsi lili nnifsi u lir-riħ
ivenven mal-quċċata
kienetx mistħoqqa dit-tkaxkira
jew il ħsejjes kollha li tagħmel kull tfaqqiegha,
jew jekk hijiex din mixja għalxejn
fis-sotterrana tal-inkoxxjenza.

Alfred Grech
13/03/2019


Monday, 11 March 2019




There Comes a Time.

There comes a time
when the chant of the sirens
becomes seductive and inhibitive
to the voyager returning home
from his objective.
-Take away this cup of poison-
but still I plodded on
eternal warrior of this lowly landscape
and faith was then restored with every step I took
forgetting that temptation makes you stronger
and that the answer was implicit in the question.

Alfred Grech
11-03-2019





146.

Jien kont infittex skuża biex niskarta,
Int kont qed tfittex oħra biex tarani,
U jidher li rnexxielek inti l-ewwel.
Imbagħad xħin aħna t-tnejn erġajna ltqajna
Il-ħin waqaf! Int kont qed tħares lejja
U tiflini bla ma tidher u jiena
Kont inħares lejk bla ma ningħaraf..
Int taf fejn nistenniek u taf li niġi,
Hemmhekk fejn ma tarax u d-diskors jieqaf,
Hemmhekk, fejn tisma’ biss tan-nifs il-ħsejjes,
Imbagħad int teħles bħal għasfur mill-gaġġa
Xewqati li ssib l’huma multitudni.
Għaliex minn dak li jien ma ridtx kont nibża’,
U ħrabt minn dak li bżajt li għad ikolli.

Alfred Grech
11/03/2019

Sunday, 10 March 2019




Ghax Jiġi Żmien.

Għax jiġi żmien
li l-għana tas-sireni jisseduċi
u l-vjaġġatur li jrid li jerġa’ lura
lejn darhu u lejn familtu
jintilef.

“Neħħili minn quddiemi dan il-kalċi”.
Iżda xorta bqajt għaddej
esploratur ta’ dejjem
il-fidi reġgħet ġiet
għax ma kull pass li nagħmel
kont qed ninsa’ li hu t-tiġib li jrid isaħħaħ
lil qalbieni u li t-taqbida
hi t-tweġiba għal-mistoqsija.

Alfred Grech
10/11/2019

Saturday, 9 March 2019




Imbagħad Jasdal il-Waqt.

Imbagħad jasal il-waqt
Li inti wkoll tibda tintebaħ
Li l-ħajja hi li hi,
Li hija ġirja twila li taqtagħlek nifsek
Bis-sensazzjonijiet u l-emozzjonijiet
U taf li l-ħin kollu tkun ilsir
Tal-ġibdiet u ta’ dak li jaħseb moħħok
U li trid tagħti wkoll is--setgħa
Lil min jista’ jagħmillek il-ħsara
U taf li ma jasalx.
Għax fl-aħħar mill-aħħar xi tkun trid inti?
Tkun trid li min jurik jew jgħidlek
Li int ewlieni u inti temmnu.

Imbagħad jiġri li tintebaħ inti wkoll
Li tista tħassar dak kollu li tkun għedt jew ktibt
Iżda ma tistax tħassar qatt
Dak li jixhdu dawk għajnejk.
Hemm idejn li jibqgħu miegħek
Fwejjaħ li ma jħallukx
Għajnejn jisirqu kollox
U ħemda li taqtagħlek nifsek.
.
Imbnagħad jgħidulek li tkun tlift il-boxxla
Jekk tmur tfittex fir-ramel tad-deżert
ix-xemx li qiegħda tibki
jew jekk tkun tara f’kollox
is-seħer tal-infinit.

Hemm tqanqiliet u ċaqliqiet ir-ruħ
Li m’għandhomx leħen
Għandhom biss taħbit il-qalb.

Alfred Grech
09/03/2019

Friday, 8 March 2019




Mara.

Jien nagħrfu dan il-leħen
Il-leħen li jserrħek u li jwegħedek
Li hemm barra qed jonfoħ biss ir-rħ,
Fid-djufija tal-ħlewwa
Fittrasparenzal i ġġibek f’sikktek
U tibqa bla ma taf għaliex tħossok
Li rfist fuq il-ħamrija ta’ Ġnien il-Għeden.

Jien nagħrafha dik il ħarsa
Tal-bestja bla rażan
Imfassla fl-għamla
Ta’ anġlu mingħajr ġwienaħ
Fis-sura  tan-ninfa i tiġbed il-grillu
Ta’ qodos ir-ruħ
Ta’ min ma jistax aktar
Iżomm iż-żelqa abbissali.

Inkella ssir t-tila
Li fuqha rrid nabbozza
Is-sentimanti, il-ħolm u l-fantasija.

Alfred Grech
Jum il-Mara.
08/03/2019


Wednesday, 6 March 2019


Related image

Hekk Biss.

Li Jiġri huwa
li l-għabex jibda jmelles u jgħannaq
it-tondjaturi familjari ta’ ħaddejk
u mis-seħer li kont magħrufa għalih
ma jibqa’ xejn għajr il-fama
ta’ ħafna raxx iraxxax xintilli
qisu r-ragħwa tal-mewġ li jitfarrak ma l-irdum.

Li jiġri huwa
li jiena nibqa’ nishar hawnhekk waħdi
kif minn dejjem kont imdorri
f’solitudni sielma
li tistaqsi u titterrompi
ir-ritmi tal-baħħ ta’ċikli kosmiċi
li kienu minn dejjem u jibqgħu għal dejjem.

Imbagħad niġi ninxteħet għarkubtejja
quddiem l-artal tiegħek biex nammetti
li iva hemm tassew imħabba
li talterna mat-tradiment
bħal pindlu tal-bandla tal-ħin għaddej
mingħajr ma jtektek,
u li jiena u inti hekk biss irridu
nsibu l-miżien  tagħna.

Issa li għajnejja ntlew biċ-ċpar
u dahari miel bit-toqol ta’ ħafna snin
insellem mingħajr ma naf għaliex
is-sebħ ta’ jum ieħor.

Alfred Grech
06/03/2019