Wednesday, 20 March 2019




Kont Naf.

Kont naf fejn stajt kont sejjer
qaluli r-riħ ivenven.

Kont naf għal xhiex kont dieħel
kont naf għax hawn kont ġejt,
u għamad lanqas kelli
komplejt minn fejn ħallejt.

Kont naf fejn stajt kont sejjer
fost beraq u tkarwit,
u lmaħtom fil-qawsalla
l-ilwien ta’ bidu ġdid.

Kont naf bil-preċipizzju
żurzieqa lejn l-abbiss
bid-drawwa li titrabba
li ġiet inkiss inkiss.

Alfred Grech.
20/03/2019




Biex Naqbad Dubbena Oħra

Biex naqbad dubbiena oħra
U ngħid li ksirt ir-rekord
Ta’ kaċċatur li jolqot
U nibqa’ mingħajr armi
Izd’għandi l-aqwa tarka
Li hi l-kompliċita’.

Ej’ niġġerrew flimkien
U ħielsa ntiru qisna friefet
Imqarr jekk għad imkien ma naslu
U mbagħad ħallik ħa tgħidli
Li jiena bqajt ma kbirtx.

Qatt smajt il-ħoss li tagħmel
Ir-ruħ li nqabdet ġo trabokk
Fis-skiet li jtarrax il-widnejn?

Kull m’għandi bżonn
Li jkolli ‘l-min jismagħni
Inkella li noqgħod filgħaxija
Ngħod waħda waħda l-kwiekeb li jitilfu.

M’għandix bżonn tal-parir
Għaliex kull kif
Jien lanqas biss nisimgħu.

Alfred Grech
20/03/2019

Monday, 18 March 2019




Mhemm Xejn Aktar.

M’hemm xejn għajr dit-titjira
fuq sħab itturfnat fl-estremi
ta’ dak li tagħraf taħt sema imlibbes
l-ilwien ta’ qabel tlugħ ix-xemx
bil-ġwienaħ ta’ avultun li jrid ifittex
ta’ jum ieħor fuqhiex jitrejjaq.

M’hemm xejn għajr diskursata
ma twassal għal-imkien
tħaqqieqa oħra biex jgħaddi l-ħin
u mingħalik sirt għaref aktar milli jmissek
imbagħad mhux ħlief tintebaħ
li mxejt wara min irid jinqeda bik.

U bqajt ma ntbaħtx li l-fruntiera
ta’ bejn is-sottomess u r-ribelli
mhijex daqshekk efimera
fl-evanexxenza ta’ dak li tara li qed jiġri
kopjun preskritt
li tiegħu int u jien
atturi prediletti.

Alfred Grech
18.03.2019

Sunday, 17 March 2019



Related image

Imqar Min Hawn. 

Imqar min hawn  mingħajr ma niġi ħdejk
inħoss it-toqol tiegħek,
is-seħer li jġib miegħu t-tfixkil
ta’ kobba mħabbla,
u nħoss li l-bogħod li qed jifridna
jiqsar u l-baħħ li hemm jispiċċa.

Jien naf li ma kull qabża tal-arloġġ
int tagħmel tewba ġdida
għax taf li tonqos qiegħeda u tnin
il-fjamma li kebbisna.

Imqar minn hawn li qed il-bogħod
il-fwieħa tiegħek tasal
l-aroma li trid tnissel ġewwa fiha
il-ħila li nibni pont u niġi n-naħħa tiegħek.

Imbagħad niċċelebraw bil-kbir
bir-rit riparatorju
għal kull desakrazzjoni.

Alfred Grech
17.03.2019

Friday, 15 March 2019


Related image

Arak Tibda’ Titbussem.

Il-biża’ tiegħi hu l-qawwa tiegħek
iżda jien naf li int beżgħana daqsi
għalhekk bqajt siekta
għalhekk faqqajt
sajjetta fil-bnazzi.

Il-biża’ tiegħi huwa l-qawwa tiegħek
jien nibqa’ nersaq lura
bla ma nitkellem
u lanqas ser nitniffes.

Xħin tagħraf jien min jien
arak tibda’ titbissem
u tkompli l-mixja miegħi.

Alfred Grech
16.03.2019


Image result for la lontananza

Il-Bogħod.

Trid titfi n-nar ta’ dil-ħuġġieġa
Billi toqgħod il-bogħod minnha
Il-bogħod hu r-riħ li jitfi x-xema
U r-riħ li jnaddaf qiegħa.

L-aħjar kliem li tista’ ttenni
Huwa s-skiet ta’ ħarsa waħda,
Is-skiet li jinfed sa l-imrammi
U jħalli biss tifkira.

Imbagħad trid tibqa kmanda
Ta’ kull xewqa u kull tqanqila
Fl-abbiss tal-kaos bikri
Fil-ħlewwa u t-tenerezza.

Imqar jekk ma tlqajniex
l-istess bħalkieku ltqajna,
iltqajna għax kellu jkun
u jekk mhux dakinhar
kmiemi jew tard kienet tkun
darb’oħra.

IL-bogħod hu meta trid tistaqsi
Min jiena.
U tħalli jgħaddi ż-żmien
Biex issir tafni.

Alfred Grech
15/03/2019






Idus Martii

Tixgħel suffarina bħalma tixgħel l-imħabba
imbagħad tħaliħa taqbad sa tinħela.

U taħseb li qed tgħix id-dram bħalkieku fuq il-palk
xħin jinżel is-siparju issib li xejn minn dan.

Qed tgħix il-waqt u taħseb: din hi  l-eternita’
xħin tasal fl-aħħar tieqaf
u tifhem li kien żball.

Alfred Grech
15/03/2019