Dik l-Għera.
Mal-għera ta’
dal waqt jien naħli ħajjti,
U tkun
is-sagrifiċċju li jrid jifdi
Dil-fehma
lluminata ta’ min staqsa,
Mal-għera ta’
dal- waqt kull ħoss idarras
U jsir
id-distrazzjoni biex niftakar.
Niftakar fik,
niftakar li neżisti
Kull waqt li
ma tkunx hemm u jien nistħajjlek.
Jien nista’
ndum inwiegħedek elf mitt darba,
U qatt ma
nasal għax hemm xi jtellifni.
Din l-għera
xħin distratt ma nkunx neżisti,
Ta’ meta ma
nkunx hawn, inkun nivvjaġġa,
Li fiha mqar
is-skiet f’qoxortu jidħol
Għax bejn
il-ħajja u mewt m’hemmx bogħod xi dinja,
Għax filli
hawn u filli xejn ma tkun taf aktar,
U taf jekk
hux dal waqt il-waqt tal-issa,
U terġa’
tħares lura biex tistaqsi
Jekk dak
kontx int inkella kienx ħaddieħor,
Bħal dawk li
jgħixu s-skiet tal-eremita,
Għax dawk m’għandhomx
għalfejn ilissnu kellma,
Għax dawk
ħajjithom saret poeżija.
Alfred Grech
22/11/2017
No comments:
Post a Comment