Kemm Konna Trasparenti.
Issa li
l-qċaċet tal ħelsien tal-espressjoni
iddewbu fi
sbieħ il jum ta’ xemx li tniggeż,
tneħħielhom
it-tajjar tas-silġ u tas-satin dekorattiv,
nistgħu
aktar nistħajjlu u nifhmu
ż-żonqor
ippuntat tas-setgħa nuda.
Issa li
l-balwardi tal-ħelsien neżżawhom għarwenin
mix-xintilli
trasfiguranti li jgħammxu ’l-għajnejn
nifhmu aħjar
għaliex l-imperatur kellhu jkun
kien u għadu
mingħajr ħwejjeġ.
Issa nistgħu
ninżlu għarkubtejnau naduraw
’l-alla falz
ta’ stat li jwiegħed kollox
biex iżommna
aljenati f’din il merħla ta’ nagħaġ ġwejjda
biex taħt l-iskuża
tat-terrur,
tal-ħasil
tal-flus u elf mitt skuż’oħra
għamilna lsira
tiegħu.
Issa, issa
li ntbaħna lkoll kemm konna aħjar
intbaħna wkoll
kemm konna trasparenti.
Alfred Grech
02/11/2017
No comments:
Post a Comment