Fl-Għabex.
Fl-għabes
tristrieħ u titbiel
Bil-kurżita’
li jkollha,
Bħal warda
li qatgħet jiesha
Titwieżen mir-riħ
Jew fuq
l-għasluġ tal-għajja.
Fl-għabex
imqar l-għana titlef leħnu
Fuq mejqa
tal-vażun bla fjuri
Tintasab sieq
fuq oħra
Mat-toni
tal-pianforte.
Tkun ċara u
trasparenti
Bħal-fwieħa
li taf terħi
Mill-manfaħ tiela’
u nieżel
Mal-metronomu
ta’ sidirha.
Mad-daqqa t’għajn
il-fond tal-ħars li tagħti,
F’nofs ħolma
aluċinanti ta’ smerrija,
Ħmar il-lejl
paraliżżanti
Ta’ kull
kelma li tislet minn fommha,
Ta’ kull
leħħa ta’ beraq għajnejha.
Alfred Grech
24/11/2017
No comments:
Post a Comment